TRIBUNAL INDUSTRIJALI

Similar documents
ABBOZZ TA LIĠI msejjaħ. Att biex jemenda l-att dwar Il-Protezzjoni Ċivili, Kap. 411.

DIRETTORAT TAR-REĠISTRAZZJONI ĊIVILI CIVIL REGISTRATION DIRECTORATE

2007D0007 MT

Gazzetta tal-gvern ta Malta The Malta Government Gazette

Prinċipji Ewlenin għall-promozzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni Inklużiva Rakkomandazzjonijiet għall-policy Makers

[Do not ask - Make sure that MM and ER-interview from the same establishment have identical ID-numbers]

Website: Welcome Note. In this Issue. (Continued on page 2)

IR-RAPPORT FINALI TAL-

CONTENTS. 02 Mission Statement. 03 Chairman s Statement. 12 Board of Directors. 14 Chief Operations Officer Review

Injury Benefit Application Form

DIVERSITÀ MULTIKULTURALI U EDUKAZZJONI BI ĦTIĠIJIET SPEĊJALI

Gazzetta tal-gvern ta Malta The Malta Government Gazette

Gazzetta tal-gvern ta Malta The Malta Government Gazette

1.- L a m e j o r o p c ió n e s c l o na r e l d i s co ( s e e x p li c a r á d es p u é s ).

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Brussell, xxx COM(2005) yyy finali GREEN PAPER

LEARN & EXPLORE

Gazzetta tal-gvern ta Malta The Malta Government Gazette

PARLAMENT EUROPEJSKI

SCO TT G LEA SO N D EM O Z G EB R E-

1. Oblast rozvoj spolků a SU UK 1.1. Zvyšování kvalifikace Školení Zapojení do projektů Poradenství 1.2. Financování


i n g S e c u r it y 3 1B# ; u r w e b a p p li c a tio n s f r o m ha c ke r s w ith t his å ] í d : L : g u id e Scanned by CamScanner

Key Features Document Karatteristiċi Ewlenin

QORTI TAL-MAGISTRATI (GHAWDEX) GURISDIZZJONI SUPERJURI

Put the human back in Human Resources.


Gazzetta tal-gvern ta Malta The Malta Government Gazette

Your Residential Electricity and Water Bill


8698 Van hati e 1 2, p er us kor jaus ja muut os pδivδkot itiloiksi. Ur akkat ar jousten avauspφyt δkir ja

Gazzetta tal-gvern ta Malta The Malta Government Gazette

JOHN A. BONELLO



Annual Report H I G H E R E D U C AT I O N C O M M I S S I O N - PA K I S TA N

How To Rate Plan On A Credit Card With A Credit Union


Campus Sustainability Assessment and Related Literature

C + + a G iriş 2. K o n tro l y a p ıla rı if/e ls e b re a k co n tin u e g o to sw itc h D ö n g ü le r w h ile d o -w h ile fo r

Come stà. Domenico Maria Ferrabosco (Bologna ) Cantus. - ta, _e vo - lon - tie - ri M'al -le-gro _e can -to _en. Io mi son gio vi.

FRAUDULENT AND WRONGFUL TRADING CASE STUDY OF A JUDICIAL APPRECIATION

Transition from Primary to Secondary Schools in Malta: A Report

B I N G O B I N G O. Hf Cd Na Nb Lr. I Fl Fr Mo Si. Ho Bi Ce Eu Ac. Md Co P Pa Tc. Uut Rh K N. Sb At Md H. Bh Cm H Bi Es. Mo Uus Lu P F.

B rn m e d s rlig e b e h o v... 3 k o n o m i S s k e n d e tils k u d o g k o n o m is k frip la d s... 7 F o r ld re b e ta lin g...

Using Predictive Modeling to Reduce Claims Losses in Auto Physical Damage

POST TA SKRIVAN FIS-SERVIZZ PUBBLIKU TA MALTA

U.S. Department of Housing and Urban Development: Weekly Progress Report on Recovery Act Spending

Future Trends in Airline Pricing, Yield. March 13, 2013

ehealth Price Index Trends and Costs in the Short-Term Health Insurance Market, 2013 and 2014

GUIDELINES AND REFERENCE MATERIALS

WILSHI RE BOULEVARD LOS ANGELES, C A L I F O P N I A ( ) June 28, 1972

I n la n d N a v ig a t io n a co n t r ib u t io n t o eco n o m y su st a i n a b i l i t y

AmGUARD Insurance Company EastGUARD Insurance Company NorGUARD Insurance Company WestGUARD Insurance Company GUARD

Federation of State Boards of Physical Therapy Jurisdiction Licensure Reference Guide Topic: Continuing Competence

How To Get A Long Term Annuade Plan For A Pension From A Pension Fund

State Annual Report Due Dates for Business Entities page 1 of 10

Table 12: Availability Of Workers Compensation Insurance Through Homeowner s Insurance By Jurisdiction

P R E F E I T U R A M U N I C I P A L D E J A R D I M

LOCAL DEVELOPMENT STRATEGY FOR XLOKK

NAAUSA Security Survey

New York Public School Spending In Perspec7ve

int Ron t Marc ier rise e la Impasse du u Liv oue re M lin Berthel ry roix Fleu m Clos inot s int V urg S Faub Rue Rue du C rc de l ' Etuv e Stuart

H ig h L e v e l O v e r v iew. S te p h a n M a rt in. S e n io r S y s te m A rc h i te ct

Endomines - Ilomantsi Gold Project

TITLE POLICY ENDORSEMENTS BY STATE


State Survey Results MULTI-LEVEL LICENSURE TITLE PROTECTION

State Corporate Income Tax-Calculation

Reverse Mortgage Source List

The Lincoln National Life Insurance Company Variable Life Portfolio

Online Department Stores. What are we searching for?

JCUT-3030/6090/1212/1218/1325/1530

He Will Hold Me Fast (When I Fear My Faith Will Fail)

Federation of State Boards of Physical Therapy Jurisdiction Licensure Reference Guide Topic: Continuing Competence

Life Settlements Source List

50-State Analysis. School Attendance Age Limits. 700 Broadway, Suite 810 Denver, CO Fax:

American Equity Investment Life Insurance Company Bonus Gold (Index 1-07) PFG Marketing Group, Inc.

E S T A D O D O C E A R Á P R E F E I T U R A M U N I C I P A L D E C R U Z C Â M A R A M U N I C I P A L D E C R U Z

Chem 115 POGIL Worksheet - Week 4 Moles & Stoichiometry Answers


Moving TIM from Good to Great?

MALTA S NATIONAL QUALIFICATIONS FRAMEWORK FOR LIFELONG LEARNING *

Middagserie Eschatologie Oosterparkkerk, Amsterdam, December 2007


Scholarship Help for Technology Students

BLADE 12th Generation. Rafał Olszewski. Łukasz Matras

BIOBANK LPCE-NICE CHEST

Regional Electricity Forecasting

2.590Ђ 240Ђ 89Ђ 380Ђ 125Ђ 550Ђ 230Ђ 499Ђ 650Ђ 170Ђ 295Ђ ZONA NOTTE 1.650Ђ Ђ 175 Ђ Ђ 380 Ђ 740 Ђ 115

DEGREE QUALIFICATIONS PROFILE: A PRIMER FOR IR AND ASSESSMENT PROFESSIONALS

Athene Annuity (DE) Rates


Standardized Pharmacy Technician Education and Training

Rates and Bills An Analysis of Average Electricity Rates & Bills in Georgia and the United States

NHIS State Health insurance data

Federation of State Boards of Physical Therapy Jurisdiction Licensure Reference Guide Topic: PTA Supervision Requirements

With Rejoicing Hearts/ Con Amor Jovial. A Fm7 B sus 4 B Cm Cm7/B

Transcription:

TRIBUNAL INDUSTRIJALI Deċiżjoni Numru 2286 Każ numru 3118/JHP Fil-kwistjoni tax-xogħol Bejn Peter Tabone (ID 43879M) u Marco Gauci (ID 171166M) dwar tkeċċija mill-impjieg allegata li hi inġusta Chairman: James Henry Pearsall Illum l-erbgha 7 ta Mejju 2014 1. Ir-referenza tal-każ: Dan il-każ ġie riferut lit-tribunal Industrijali permezz ta nota ta rikors ppreżentata minn Peter Tabone fir- Reġistru tal-qorti Superjuri nhar il-5 ta April 2013 fejn sostna illi t-terminazzjoni tal-impjieg tiegħu ma kinitx għal raġuni valida skont l-att tal-2003 dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet Industrijali (Kap 452 tal-liġijiet ta Malta ) Min-naħa tiegħu l-intimat, f dikjarazzjoni illi għamel, datata t-23 ta April 2013, ċaħad bil-qawwa l- allegazzjoni tal-appellant illi huwa tkeċċa mingħajr raġuni valida fil-liġi. It-Tribunal ħa konjizzjoni taddikjarazzjonijiet tal-każ kif ppreżentati miż-żewġ partijiet, żamm sitt seduti, sema x-xhieda mressqa miż-żewġ naħat, evalwa l-provi u d-dokumenti kollha kif esebiti, kif ukoll ħa inkonsiderazzjoni l-argumenti kif ippreżentati fit-trattazzjoni finali, permezz ta noti ta sottomissjonijiet, kif maqbul bejn iż-żewġ partijiet. Ma kienx possibbli li t-tribunal jiddeċiedi dan il-każ fiż-żmien kif stabbilit mil-liġi minħabba ċirkustanzi amministrattivi li l-istess Tribunal m għandux kontroll fuqhom. 2. Ir-rappreżentanza: Każ numru 3118 Peter Tabone Id 43879M vs Marco Gauċi Id 171166M Paġna 1

2.1 Peter Tabone, li minn issa l quddiem ser jissejjaħ ir-rikkorrenti kien megħjun mill-avukat Mark Vassallo assistit minn Dr Yanica Caruana. 2.2 Marco Gauci, li minn issa l quddiem ser jissejjaħ l-intimat, kien irrappreżentat mill-avukat Sharon Fenech. 3. Il-fatti tal-każ fil-qosor: Ir-rikorrent beda l-impjieg tiegħu mal-intimat f Novembru tal-2002 fil-kariga ta elektrixin fuq bażi full time għal żmien indefinit. Fil-11 ta Marzu, 2013 filgħodu, ir-rikorrent irraporta, permezz ta SMS, li kien ma jiflaħx u li mhuwiex dieħel għax-xogħol. Il-Ħamis, l-14 ta Marzu 2013, filgħodu, meta r-rikorrent daħal għax-xogħol, inqala argument bejn irrikorrent u l-intimat, fejn l-intimat qal lir-rikorrent kif ma kienx avżah qabel, li huwa dieħel għax-xogħol minħabba li huwa kien diġà qassam lill-impjegati l-oħra fejn ser jaħdmu. Ir-rikorrent qal li huwa kien ma jiflaħx u kellu ċ-ċertifikat mediku sabiex jidħol it-tnejn ta wara. L-intimat qal lir-rikorrent li seta ma ġiex għax-xogħol kemm-il darba kellu ċ-ċertifikat, u għalhekk seta jaqbad ħwejġu u jitlaq lura. Mal-pront ir-rikorrent qabad ħwejġu u telaq mill-post tax-xogħol tiegħu. 4. Il-lista ta xhieda: 4.1 Xhieda mressqa mir-rikorrent (Aaron Camilleri, Larkin Brincat u Hilary Desira) 4.2 Xhieda mressqa mill-intimat (Aaron Camilleri, Larkin Brincat u Hilary Desira) 5. Il-lista ta dokumenti: 5.1 Ġew ippreżentati numru ta dokumenti min-naħa tal-intimat immarkati MG1, MG2 kif ukoll kopja ta dokumenti tat-terminazzjoni mill-impjieg, ikkonfermata mill-etc. 6. Ġabra fil-qosor tax-xhieda; 6.1 Marco Gauci, fil-każ l-intimat, fix-xhieda tiegħu qal, għidtlu jiena għalija l-ġurnata ssetjata, għidtlu jekk tak sal-ġimgħa, għidtlu stajt ma dħaltx għidtlu għax il-ħaddiema diġà ssetjajthom. Qalli nista nitlaq. Għidtlu tista titlaq, jekk inti ma tiflaħx tista titlaq. Qal ukoll, jiena stennejt li s-sibt jew il-ħadd, jaf fejn inkun u jaf kollox, kien jibgħatli messaġġ jew jiġi ħdejja, jgħidli, jiena t-tnejn dieħel għax-xogħol. Fil fatt imbagħad it-tnejn ta wara, irċevejt messaġġ jiena kemm għandi nagħtih affarijiet. Każ numru 3118 Peter Tabone Id 43879M vs Marco Gauċi Id 171166M Paġna 2

Qal ukoll, eżattament jiena għalija wara dawk is-snin kollha kien jgħidli, isma żbaljajt jiena m avżajtekx. It- Tnejn dieħel għax-xogħol u jaf li, ifhimni nar tat-tiben malajr jgħaddili, dak il-ħin forsi nirrabja xi naqra u jgħaddili kollox hu. Jiena f ħajti qatt ma waqqaft impjegat. Qal ukoll, jiena x ħin irċevejt il-messaġġ mingħandu, x irrid intih u ma ntihx, bgħatt għall-awditur tiegħi, għidtilha dan irċevejt hekk,qaltli mela dan irriżenja mill-impjieg tiegħu. 6.2 Aaron Camilleri, impjegat mal-intimat, fix-xhieda tiegħu qal, fis-sebgħa u kwart, Marco qabeż qallu, inti taħseb ma min qiegħed taħdem. U Peter qabad jidħak. U imbagħad reġa qabeż Marco u qallu, dawn affarijiet serji qallu, anzi imbagħad reġa qabeż Peter qallu, anzi t-tabib tiegħi tani ġimgħa, imbagħad reġa qabeż Marco, qallu la t-tabib tiegħek tak ġimgħa, għalfejn dħalt? Sa hemm naf. 6.3 Larkin Brincat, impjegat mal-intimat, fix-xhieda tiegħu qal, u kif wasalna għax-xogħol, Peter aw Marco lil Peter qallu ma min qed taħseb li qed taħdem. Qallu la avżajtni li dieħel xejn. U Peter infaqa jidħak. U Marco qallu, dawn mhux affarijiet tad-daħk, affarijiet serji. U Peter qallu, għandi xorti dħalt, qallu għax it-tabib tani ġimgħa sick. U Marco qallu la tak ġimgħa sick, qallu għalfejn dħalt. U Peter qabad u telaq l hemm. 6.4 Hilary Desira, impjegat mal-intimat, fix-xhieda tiegħu qal,...qabad il-kaxxa, għaliex ikollna l-kaxxa fejn inġorru l-ħobż u kien tielaq u Marco qallu hekk tittrattani lili, qallu ma tavżanix illi tkun dieħel u Peter qabad jidħak. Qallu toqgħodx tidħak qallu għax dawn l-affarijiet mhumiex tad-daħk. Jiena ċempiltlu ehe, għidtlu mela għadek ma tiflaħx, qalli mhux hu keċċieni. Għidtlu keċċiek? Għidtlu imma ċert inti illi keċċiek? Qalli mhux hu qalli biex nitlaq l hemm. Għidtlu mela inti taf hu. jien li kien għalija ma telaqx. 6.5 Peter Tabone, ir-rikorrent fix-xhieda tiegħu tal-erbgħa, it-13 ta Novembru 2013 qal, Larkin Brincat qiegħed xhud Qalli għalhekk mela tista titlaq. Qbadt l-affarijiet u tlaqt l hemm,...u imbagħad wara nofsinhar bgħattlu messaġġ, għidtlu mela nissetiljaw l-affarijiet. Għax ġieli kien irrabbjat u wara jgħaddilu imma sat-tnejn filgħodu ma ġara xejn, għalija ħassejt li keċċieni u jekk suppost jekk waqqafni suppost għandi dritt għan-notice ukoll. Imbagħad ċempilt lil Marco u għidtlu jien ma tlaqtx, inti waqqaftni ħadd m ammetta, li jien li tlaqt lanqas hu li keċċieni. Sorry jiena dħalt għax-xogħol iġifieri ehe ħassejt li keċċieni dak il-ħin. Tani x nifhem li keċċieni għax hu qalli aqbad ħwejġek u itlaq minn fejn ġejt f dak is-sens. Sorry jekk jien qed nibgħatek l hemm, ma naħsibx li għandi dritt niġi lura. 7. Is-sinteżi tat-trattazzjoni tal-każ: Każ numru 3118 Peter Tabone Id 43879M vs Marco Gauċi Id 171166M Paġna 3

Fit-trattazzjoni tal-każ, l-avukat Sharon Fenech, f isem l-intimat: Hija tat spjegazzjoni kronoloġika tal-fatti minn meta seħħ il-fatt, li Peter Tabone rraporta li kien ma jiflaħx sa meta huwa daħal għax-xogħol mingħajr pre avviż u hawn ġie indikat il-kliem QALLI GĦALHEKK MELA TISTA TAQBAD L-AFFARIJIET U TITLAQ. Qbadt l-affarijiet jiena u tlaqt l hemm. Hija spjegat li anke f dik il-ġurnata li l-intimat kellu jidħol għax-xogħol, hu bagħat messaġġ fuq il-mowbajl fejn avża lill-intimat hekk, Nhar il-ġimgħa ġej biex nissetiljaw -affarijiet jiena. Hija tat ħarsa lejn ir-relazzjoni ta bejn ir-rikorrent u l-intimat matul iż-żmien tal-impjieg, fejn qalet li filwaqt li r-relazzjoni ta bejntiehom ma kinitx perfetta, il-partijiet kienu jiftehmu, kif ukoll ittrattat fuq il-proċedura tat-teħid tas-sick leave mill-impjegati. Hija kkonkludiet billi sosniet li l-intimat qatt ma kellu l-ħsieb li jittermina l-impjieg tar-rikorrent iżda r- rikorrent ma daħalx lura għax-xogħol. L-Avukat Yanica Caruana, f isem ir-rikorrent: Hija għamlet referenza għax-xhieda tal-intimat fejn ġiet spejgata r-relazzjoni bejn ir-rikorrent u l-intimat, kif ukoll trattat il-punt fuq il-proċedura ta kif l-impjegati kienu jirraportaw meta jkunu ma jifilħux. Hija ttrattat fuq l-inċident li nqala l-ħamis, l-14 ta Marzu, 2013 fejn uriet li tinstab diverġenza dwar ilverżjonijiet ta dak li ntqal bejn ir-rikorrent u l-intimat. Hija għamlet referenza għax-xhieda mogħtija minn Aaron Camilleri u Larkin Brincat fejn staqsiet rigward ix-xebh ta din ix-xhieda mogħtija bil-ġurament. Kif ukoll għamlet enfażi fuq ix-xhieda mogħtija minn Hilary Desira għall-kliem li kien qal l-intimat tista taqbad it-triq u titlaq lura minnn fejn ġejt. Hija rreferiet il-punt ta materja ta konflitt ta verżjonijiet u li dawn għandhom jiġu eżaminati fuq is-soliti kriterji tal-kredibilità, tal-konsistenza u tal-verosimiljanza. 8. Il-kunsiderazzjonijiet tat-tribunal: Il-pern għar-riżoluzzjoni ġusta ta din il-kwistjoni tax-xogħol quddiem it-tribunal Industrijali hi l- interpretazzjoni korretta tal verżjoni tal-kliem li ntqal mill-intimat u x fehem dak il-ħin ir-rikorrent. It-Tribunal ħa inkonsiderazzjoni ż-żmien li r-rikorrent kien ilu jaħdem mal-intimat, dak ta kważi ħdax-il sena. Minn dan il-fatt it-tribunal jifhem li ż-żewġ persuni kien jafu sew lil xulxin, anke l-mod ta kif jittrattaw bejniethom fir-relazzjoni tagħhom tal-impjieg. M għandux ikun hemm l-iċken dubbju li r-rikkorrent, bħala impjegat anzjan, kien jaf sew il-proċedura ta kif wieħed kellu jirraporta meta jkun ma jiflaħx kif ukoll issistema ta kif jiġi mqassam ix-xogħol fuq lantijiet differenti. Dawn il-fatti jorbtu ma dik li hija responsabbilità fl-impjieg u dan jgħodd kemm għal min jimpjega u aktar u aktar għall-impjegat. F dan l-isfond, it-tribunal iħoss li dan il-każ ġara fuq bażi ta x wieħed ħaseb għall-kliem li ntqal u fuq kollox fuq l-interpretazzjoni unika tar-rikorrent. Każ numru 3118 Peter Tabone Id 43879M vs Marco Gauċi Id 171166M Paġna 4

Tradizzjonalment, l-aktar f postijiet tax-xogħol tat-tip fil-każ odjern, il-kliem li jiġi użat minn min iħaddem meta jkun qiegħed jittermina impjieg ġeneralment ikun wieħed ċar u espliċitu, però fil-ħajja reali dawk l- atteġġjamenti ta etika jew soċjali li n-nies normali jippretendu mhux dejjem jiġu osservati. (Kinrick vs Airduct productions (1974) IRLR 322). Għalhekk meta jinstab li kliem li jkun intqal ikun ambigwu, it-tribunal irid jagħti interpretazzjoni naturali u ordinarja fit-tifsira ta dan il-kliem (Southern vs Charlesly& Co (198) IRLR 278CA). F dan il-każ ghal aktar minn darba ir-rikorrent jinterpreta l-kliem li kien qallu l-intimat, Aqbad ħwejġek u itlaq minn fejn ġej bħala ehe ħassejt li keċċieni dak il-ħin, kif ukoll reġa rrepeta tani x nifhem li keċċieni għax kif għidna hu qalli aqbad ħwejġek u itlaq minn fejn ġejt Fix-xhieda ta Hilary Desira, fejn spjega li kien ċempel lir-rikorrent wara li t-tnejn ta wara ma daħalx għaxxogħol, fejn staqsieh, għidtlu mela għadek ma tiflaħx, ir-rikorrent : qalli mhux hu keċċieni għidtlu keċċiek? għidtlu imma inti ċert illi keċċiek? Qalli ; mhux hu qalli biex nitlaq l hemm (Ix-xhieda tal-erbgħa, id-9 ta Ottubru 2013) It-Tribunal ra l-atteġġjament tar-rikorrent. u jaghmel referenza għall-każistika Ingliża fejn fil-każ ta Davy vs Collins (Builders) Ltd 1974 IRLR 324, intqal dan il-kliem If you don t like it you can lump it and the employee lumped it, kif ukoll fil-każ ta King vs Webb Poultry Products (Bradford) Ltd 91975) IRLR 135, fejn min iħaddem qal lill-impjegat FFFF OFF. F dawn il-każijiet ma kienx hemm dubbju li l-interpretazzjoni tal-kliem ma kienx jammonta għall-tkeċċija. It-Tribunal innota b attenzjoni duvuta l-messaġġ tar-rikorrent, tat-tnejn, it-18 ta Marzu 2013 Nhar il- Ġimgħa ġej biex nissetiljaw l-affarijiet jiena U full Tks. Fil-kommunikazzjoni tiegħu r-rikorrent bagħat messaġġ fejn talbu biex jissetiljaw l-affarijiet u mhux avża lill-intimat li huwa kien dieħel għax-xogħol, kif normalment kienet il-proċedura. It-Tribunal jinterpreta dan l-aġir tar-rikorrent bħala li ma kienx qiegħed jaħseb iżda kien qiegħed jaġixxi. U dan sabiex jittermina l-impjieg u mhux jipprova jirranġa s-sitwazzjoni. Għalhekk, it-tribunal iħoss li r-rikorrent, wara ħdax-il sena jgħix mal-karattru u l-attitudnijiet tal-intimat, lanqas għamel l-iċken tentattiv sabiex jara kif ser jirreaġixxi l-intimat li kieku t-tnejn ikkomunika miegħu li kien dieħel għax-xogħol. B dan il-mod kien ikun jista jikkonferma jekk qattx kellu dubju x kien ser ikun iddestin lavorattiv tiegħu mal-intimat. It-Tribunal innota li anke meta r-rikorrent kien jaf li r-raġuni tat-terminazzjoni tal-impjieg tiegħu kif ġiet ufficjalizzata mill-intimat kienet dik ta riżenja, hu lanqas biss ikkontestah, kif kellu dritt jagħmel quddiem l- Awtorita nazzjonali tax-xogħol. It-Tribunal innota ukoll li l-intimat għamel dak kollu meħtieġ skont il-liġi għar-rigward tal-pendenzi li seta kien għad kellu r-rikorrent, għal dawk li huma ħlasijiet minħabba notice, leave jew pagi, wara li dawn ġew mitluba mill-istess rikorrent. 9. Id-deċiżjoni: Każ numru 3118 Peter Tabone Id 43879M vs Marco Gauċi Id 171166M Paġna 5

It-Tribunal Industrijali wara li sema x-xhieda tal-partijiet, qara s-sottomissjonijiet, evalwa x-xhieda u d- dokumenti kollha, kif ukoll ħa inkunsiderazzjoni tat-trattazzjoni tal-partijiet, jaqta u jiddeċiedi li t-tmiem talimpjieg tar-rikorrenti kien riżenja u mhux tkeċċija. Għall-finijiet ta Avviż Legali 48 tal 1986, dan it-tribunal jistabbilixxi d-drittijiet tra min assista l-partijiet flammont ta 93 euro u 17-il ċenteżmu. B hekk tintemm din il-kwistjoni tax-xogħol. James Pearsall Chairman Każ numru 3118 Peter Tabone Id 43879M vs Marco Gauċi Id 171166M Paġna 6